Fl-gœama dwar œruæ ta’ dœaœen : Proçeduri mill-K.E. kontra Malta
September 28th, 2007 by EuropaSena u disa’ xhur ilu kien tkisser l-apparat ta’ monitoraææ ma’ l-impjanti ta’ l-eneræija, liema apparat ikejjel it-tniææiÿ u l-œruæ ta’ dœaœen mill-impjanti ta’ l-eneræija, impjanti li huma fost l-aktar li jikkontribwixxu gœat-tniææiÿ ta’ l-arja f’pajjiÿna. Dan l-apparat sal-lum gœadu ma æiex installat u jidher li l-pjani huma li gœandu jkun installat fl-aœœar tas-sena. Mhux hekk biss, iÿda sal-lum, il-Kummissjoni Ewropea, gœadha ma ngœatat l-ebda informazzjoni mill-awtoritajiet Maltin dwar id-dœaœen li œeræin mill-impjanti ta’ l-eneræija.
Sa llum il-Kummissjoni Ewropea qiegœda titœalla fil-gœama u m’gœandha ebda informazzjoni dwar jekk id-dœaœen mill-impjanti ta’ l-eneræija f’Malta humiex konformi mal-valuri ta’ limitu ta’ œruæ ta’ duœœan tad-direttiva tal-œruæ ta’ tniææiÿ fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni.
l-orizzont hu nformat li konsegwenza tan-nuqqas ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet Maltin, il-Kummissjoni Ewropea ma kellhiex triq oœra gœajr dik li tiftaœ proçedimenti kontra Malta skond l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-Kummissjoni Ewropea.
l-orizzont kompla jsegwi din l-istorja li bdejna xhur ilu, dwar it-tniææiÿ ta’ l-arja mill-impjanti ta’ l-eneræija. Wara li f’l-orizzont tat-3 ta’ April, irrapportajna li l-apparat ta’ monitoraææ ma’ l-impjanti gœadu ma æiex installat, id-Deputat Parlamentari Ewropew, Joseph Muscat, fl-interess tan-nies li jgœixu qrib dawn iÿ-ÿoni, kien kiteb lill-Kummissjoni Ewropea, li din min-naœa tagœha kienet qalet li “kitbet lill-awtoritajiet Maltin biex jitolbu çertu informazzjoni dwar l-impjanti ta’ l-eneræija fil-Marsa u Dellimara fir-rigward tar-rekwiÿiti tad-direttiva ta’ l-impjanti kbar ta’ kombustjoni”.
l-orizzont hu nformat, li wara li ftit xhur ilu rrapportajna kif il-Kummissjoni Ewropea kienet se tieœu passi kontra Malta jekk tibqa’ ma tagœtix informazzjoni dwar id-dœaœen li œeræin, issa l-Kummissjoni Ewropea bdiet proçeduri kontra Malta.
Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea, fi tweæiba parlamentari li tat lid-Deputat Laburista Ewropew, Joseph Muscat, fl-aœœar jiem qiegœda tgœid li “mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Maltin, il-Kummissjoni tifhem li bœalissa gœaddej ix-xogœol rigward l-istallazzjoni tat-tagœmir ta’ monitoraææ kontinwu fiÿ-ÿewæ impjanti u li s-sistema sœiœa gœandha tkun operattiva sa tmiem is-sena 2007. Madankollu sal-lum ma ngœatat l-ebda informazzjoni dwar il-œruæ ta’ duœœan, la minn impjant u lanqas minn ieœor, biex turi l-konformità mal-valuri ta’ limitu ta’ dœaœen tad-direttiva dwar l-impjanti l-kbar tal-kombustjoni. Abbaÿi ta’ dan, il-Kummissjoni fetœet proçedimenti ta’ ksur kontra Malta skond l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-Kummissjoni Ewropea bil-gœan li tiÿgura l-konformità mad-direttiva. F’dan il-kuntest, opinjoni motivata ntbagœtet lill-awtoritajiet Maltin fid-29 ta’ Æunju, 2007, b’xahrejn ÿmien,” tgœid il-Kummissjoni Ewropea.
Intant, waqt li l-awtoritajiet Maltin qegœdin jibqgœu lura milli jagœtu informazzjoni dwar it-tniææiÿ li œiereæ mill-impjanti ta’ l-eneræija f’Malta, it-tniææiÿ ta’ l-arja f’Malta jidher li qiegœed ikompli jiÿdied. Waqt li r-residenti li joqogœdu viçin l-inœawi tal-Marsa, jilmentaw minn nugrufun u dœaœen b’mod partikolari bil-lejl, bir-riÿultat ikun li fil-gœodu l-bjut u s-soqfa tal-karozzi jkunu mimlijin trab iswed, ir-rapport ambjentali li nœareæ mill-MEPA, juri li tniææiÿ ta’ l-arja ÿdied b’44 fil-mija. Din iÿ-ÿieda fit-tniææiÿ ta’ l-arja, qiegœda tiæi nterpretata minn gœadd ta’ esperti ambjentali bœala li “pajjiÿna miexi bil-mod wisq fl-implimentazzjoni ta’ sorsi ta’ eneræija alternattiva li tkun aktar nadifa”.
Fir-rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent jingœad li bejn is-sena 1990 u s-sena 2003, it-tniææiÿ ta’ l-arja msejjaœ ‘greenhouse gases’ ÿdied b’44 fil-mija bl-aktar kawÿa ta’ din iÿ-ÿieda tkun iÿ-ÿieda fid-domanda gœall-elettriku u dik fin-numru ta’ vetturi. L-effett ta’ dan it-tniææiÿ jidher fir-rata gœolja ta’ aÿÿma li gœandna f’çerti ÿoni qrib il-port u mard respiratorju ieœor.
Direttiva LCP.
Ftit tax-xhur ilu, il-Membru Parlamentari Ewropew, Joseph Muscat, f’kummenti ma’ l-orizzont, dwar in-nuqqas ta’ l-awtoritajiet Maltin li jagœtu informazzjoni fuq it-tniææiÿ li œiereæ mill-impjanti ta’ l-eneræija, qal li “l-Gvern Nazzjonalista baqa’ sieket u qiegœed ikaxkar saqajh meta ffaççjat b’mistoqsijiet mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-tniææiÿ u dœaœen li qegœdin joœoræu mill-impjanti ta’ l-eneræija tal-Marsa u Dellimara. Dawn jinkludu gassijiet perikoluÿi gœas-saœœa u l-ambjent”.
Joseph Muscat kompla jgœidilna li “l-awtoritajiet Maltin gœadhom ma nformawx x’tip u x’volum ta’ tniææiÿ œiereæ minn dawn l-impjanti. Il-Gvern qiegœ-ed juri li m’gœandux kuxjenza ambjentali”.
Ir-rappreÿentant Laburista fakkar li kien biss wara li qajjem il-kaÿ is-sena li gœaddiet, li l-awtoritajiet Maltin ammettew pubblikament li ma kinux irnexxielhom japplikaw id-direttivi Ewropej f’dan il-qasam. Kien dak in-nhar ukoll li qalu li t-tagœmir ta’ monitoraææ taÿ-ÿewæ impjanti ta’ l-eneræija ma kinux qegœdin jaœdmu gœax intlaqtu mis-sajjetti. L-unika tweæiba li l-Gvern qiegœed jagœti gœall-problemi tas-saœœa tan-nies li joqogœdu qrib dawn l-impjanti ta’ l-eneræija u gœall-ambjent tal-madwar huwa t-tkaxkir tas-saqajn. Is-suspett hu li lanqas il-Gvern stess ma jaf bit-tniææiÿ li œiereæ.
Nappella lill-awtoritajiet li suppost jgœassu l-kwalità ta’ l-ambjent biex jitkellmu. Is-skiet mhux risposta imma kompliçità ma’ min irid ikompli jgœaddi biÿ-ÿmien lin-nies,” kien qal Joseph Muscat. Kien appella lill-Gvern biex iwieæeb lill-Kummissjoni Ewropea minnufih u biex jippubblika t-tweæiba tiegœu, “jekk fuq kollox gœandu tweæiba x’jagœti”.
L-Unjoni Ewropea permezz tad-direttivi tagœha, tesiæi li jkun hemm monitoraææ kontinwu biex jiæu analizzati l-livell ta’ SO2 u NO2 u anke l-gœabra. Minkejja li flok dak fiss hemm apparat ieœor mobbli, dan qiegœed jitqies bœala li mhux biÿÿejjed, mhux effettiv daqs dak fiss, u mhux konformi lanqas ma’ l-aœœar direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-kontroversja dwar il-monitoraææ tat-tniææiÿ li œiereæ mill-impjanti ta’ l-eneræija kienet qamet wara li l-Kummissarju Ewropew gœall-Ambjent, Stavros Dimas, kien qal lill-Membru Parlamentari Ewropew Malti, Joseph Muscat li “d-direttiva tal-kwalità ta’ l-arja tobbliga lill-Istati Membri biex jagœmlu l-analiÿi tal-kwalità ta’ l-arja u jirrapportaw ir-riÿultati kemm lill-pubbliku kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea”.
Kien intqal li “fuq informazzjoni li gœaddiet Malta, stazzjon ta’ monitoraææ wera li kien hemm œruæ ta’ duœœan aktar mil-limiti stabbiliti fejn jidœol l-SO2 u l-PM10 fis-sena 2004. Dan jobbliga li jkun hemm pjan u programmi u jiæu rrapportati lill-Kummissjoni”.
Ta’ min jgœid li f’kummenti li d-Direttur ta’ l-Istazzjon gœar-Riçerka fl-Arja ta’ l-Università ta’ Malta, Dr. Ray Ellul, kien ta’ lil l-orizzont, kien qal li “mill-Fanal tal-Æordan qegœdin naraw tniææiÿ mid-diossidu tal-kubrit, li jiæi minn œruq ta’ ÿejt. Il-kawÿa prinçipali ta’ dan it-tniææiÿ huma l-impjanti ta’ l-eneræija fil-Marsa u Dellimara, xi industriji ÿgœar li jaœdmu bil-’light heating oil’, id-dœaœen tal-karozzi, kif ukoll id-duœœan li joœroæ miç-çmieni tal-vapuri b’mod partikolari dawk li juÿaw il-kanal ta’ bejn Malta u Sqallija”. [l-orizzont]
Posted in Malti | No Comments »